Raġel ammetta li attakka u weġġa' gravi mara

Se tingħatalu s-sentenza aktar tard dan ix-xahar

Raġel ta' 21 sena se tingħatalu s-sentenza aktar tard dan ix-xahar wara li wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih talli weġġa' gravi mara. 

David Sasay, ta' 21 sena mill-Ġermanja, tressaq il-qorti quddiem il-maġistrat Astrid May Grima l-Ħamis mixli b'akkużi ta' attakk, hedded u weġġa' gravi mara. Sasay ġie mixli wkoll li qed jgħix ħajja ta' vagabond u m'għandu l-ebda mezz biex isostni lilu nnifsu. 

Sasay wieġeb ħati għall-akkużi, u kkonferma l-ammissjoni tiegħu ta' ħtija. l-avukat tiegħu qal lill-qorti li Sasay mhux se jirtira l-motiv tiegħu minħabba n-natura tal-evidenza u minħabba l-fatt li l-imputat ma jaffordjax iħallas lill-esperti tal-qorti biex jeżaminaw l-evidenza.

Il-prosekutur Jurgen Dalli, irrimarka li l-unika kastig li jista' jirċievi Sasay huwa sentenza ta' ħabs minħabba l-akkuża li weġġa' gravi lil xi ħadd. 

L-impuatat kien ta amissjoni ta' ħtija bikrija u kkopera mal-prosekuzzjoni.  Dalli ssuġġerixxa sentenza ta' kustodja minima. 
Id-difiva, Schembri, ukoll issuġġerixxa sentenza minima filwaqt li nnota li l-inċident inqabad fuq filmat CCTV u l-ammissjoni ta' ħtija bikrija ma telfitilhomx ħin. 

L-avukat issuġġerixxa wkoll li l-qorti tikkunsidra li timponi ordni ta’ trattament biex tindirizza l-problemi tar-raġel bl-alkoħol.

Il-Qorti differita l-kawża għas-sentenza għall-21 ta’ Marzu

More in Qrati u Pulizija