Raġel iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 22 sena weġġa' gravi wara li ntlaqat minn vettura fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa

It-Tlieta, għall-ħabta tat-3:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 22 sena, residenti l-Mosta, intlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Qormi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għadhom għadejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Qrati u Pulizija