Raġel mixli b'attentat ta' qtil tat-tfal tal-eks sieħba tiegħu

Ronald Dalli, ta’ 43 sena minn Bormla wieġeb mhux ħati għall-akkużi

Raġel minn Bormla nżamm taħt arrest wara li ġie akkużat fuq attentat ta’ qtil ta’ żewġt ibniet. 

Nhar it-Tlieta, Nazzareno – magħruf ukoll bħala Ronald Dalli, ta’ 43 sena, ċaħad l-akkużi ta’ attentat ta’ qtil, li kkawża ġrieħi gravi u li attakkat żewġt ibniet. 

Huwa kien mixli wkoll li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr permess u li kellu arma waqt it-twettiq ta’ reat, kif ukoll li kellu fil-pussess tiegħu kokaina. Huwa ġie mixli wkoll li aġixxa bħala gwardjan privat mingħajr liċenzja. Il-Qorti ntalbet tikkunsidra lill-imputat bħala reċediv.

L-ebda dettalji dwar l-inċident ma ħarġu waqt is-seduta qasira fil-qorti. F'dan l-istadju ma ntalbitx il-libertà proviżorja. 

L-ebda dettalji dwar l-inċident ma ħarġu waqt il-proċess qasir ħafna, iżda sorsi qalu li Dalli setgħa kien taħt l-effett tad-droga dak il-ħin tal-inċident.

Meta mistoqsi x'jagħmel bħala xogħol huwa wieġeb “impjegat.”

Skont stqarrija uffiċjali maħruġa mill-pulizija, huwa kien ġie arrestat wara li l-pulizija kienu wieġbu għal sejħa għall-assistenza f’residenza fi Triq San Tumas, il-Marsa għall-ħabta tas-1:30pm s-Sibt.

Dalli, huwa mifhum li huwa s-sieħeb ta' omm it-tfajliet, daħal fil-proprjetà u attakka liż-żewġ aħwa, ta’ 12 u 15-il sena, b’sikkina.

It-tfajliet ittieħdu b’ambulanza l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn waħda mit-tfajliet kellha bżonn tingħata kura intensiva. L-akkużi jindikaw li ż-żewġ tfajliet sofrew ġrieħi gravi.

Żagħżugħ ta’ 14-il sena li kien ukoll kien ġewwa l-proprjetà fil-ħin tal-attakk ġie kkurat għal xokk li soffra minnu.

L-Ispetturi Wayne Camilleri u Ian Vella qed imexxu l-prosekuzzjoni, assistiti mill-avukati Etienne Savona u Manuel Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-avukati Arthur Azzopardi, Nicholas Mifsud u Franco Debono huma avukati difensuri.

More in Qrati u Pulizija