Jitlef ħajtu wara li waqa' żewġ sulari

Jitlef ħajtu raġel ta’ 34 sena mill-Ghana li waqa’ minn għoli wara li kien qed jagħmel xi xogħol fil-Marsa nhar il-Ġimgħa

Raġel li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari ilbieraħ, il-Ġimgħa, sfortunatament tilef ħajtu kmieni llum, is-Sibt, fl-isptar Mater Dei fejn ittieħed wara l-inċident. 

Ir-raġel, ta’ 34 sena mill-Ghana waqa’ minn għoli wara li kien qed jagħmel xi xogħol fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija