Jsofri ġrieħi serji wara li waqa’ madwar żewġ sulari

Raġel, li l-identitá tiegħu għadha mhix magħrufa, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fiż-Żona Industrijali tal-Marsa

Raġel, li l-identitá tiegħu għadha mhix magħrufa, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa, għall-ħabta tas-13:45pm, fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija