Amerikan ta’ 72 sena tilef ħajtu l-Erbgħa filgħaxija wara li waqa’ minn fuq vapur tal-passiġġieri għal ġol-baħar.
L-inċident seħħ għal xi 5:00pm, meta l-vapur kien sorġut il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta.
Mill-investigazzjonijiet preliminari jidher li l-vittma huwa passiġġier fuq l-istess vapur.
Huwa ngħata l-għajnuna minn minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għal kura meħtieġa. Sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara
Il-Maġistrat Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.