Is-Sibt, għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat- traffiku fi Triq il-Puniċi, il-Munxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn mara ta’ 24 sena u karozza misjuqa minn raġel ta’ 71 sena.
Iż-żewġ sewwieqa huma residenti l-Munxar stess.
Is-sewwieq tal-mutur ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.