Il-Pulizija titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab dan ir-raġel nieqes

Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel jista’ jagħmel kuntatt mal-Pulizija anke b’mod anonimu, permezz tan-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija

Il-Pulizija qed titlob lill-pubbliku sabiex tgħin biex jinsab Filip Stajkovic, Serb ta’ 30 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.

Huwa ġie deskritt bħala persuna bi statura medja u jkun viċin l-akwati ta’ Buġibba u San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija qed titlob lil kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna biex jgħaddiha lill-Pulizija anke b’mod anonimu, permezz tan-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija. 

More in Qrati u Pulizija