Raġel iweġġa' gravi f'inċident tat-traffiku f'Għajn Tuffieħa

Il-ħabta li seħħet kmieni dalgħodu kienet bejn BMW 520 u Toyota Hilux 

Dalgħodu għall-ħabta ta' 5:45a.m. intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr. Dan hekk kif, mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 520 misjuqa minn raġel ta' 23 sena mill-Mellieħa u Toyota Hilux mijsuq minn raġel ta' 28 sena mill-Imġarr. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta' 28 sena l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija