Aġġornata | Jinstab mejjet avukat mill-Uffiċċju tal-AĠ li mexxa l-Prosekuzzjoni fuq diversi każi jaħarqu

Karl Muscat kien jaħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mexxa l-Prosekuzzjoni fuq diversi każi jaħarqu u qabel dan kien ukoll Kunsillier tal-PN fir-Rabat...

Karl Muscat, il-vittma li nstab mejjet fis-Swieqi
Karl Muscat, il-vittma li nstab mejjet fis-Swieqi

Illum għall-ħabta tal-12:15p.m il-Pulizija ġew infurmati li raġel instab mejjet fir-residenza tiegħu fi Triq is-Sirk, is-Swieqi. Ir-raġel li nstab mejjet huwa l-avukat Karl Muscat ta' 43 sena, li huwa Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Kienu qraba tal-vittma li sabuh mejjet u talbu għall-għajnuna

Minkejja li ma tantx hemm informazzjoni fuq il-każ sa' issa, il-Kelliem tal-Korp tal-Pulizija saħaq li l-Pulizija mhi qed teskludi xejn, però qal li ma jidhirx li kien hemm terzi persuni involuti, sa' issa. Apparti minn hekk għaddejjin l-investigazzjonijiet mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett. 

Wieħed mill-ġirien li tkellem mas-sit MaltaToday sema' xi għajjat u biki madwar sagħtejn ilu. 

Il-Prosekutur Karl Muscat kien mexxa l-Prosekuzzjoni kontra Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - u Vince Buhagiar l-eks Chairman tal-Progress Press u l-Allied Group fuq akkużi li irċevew tixħim mingħand l-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri. Huwa kien qed imexxi wkoll l-każ kontra Ryan Schembri, li kien imexxi l-More Supermarket u li kien ħarab  mill-pajjiż fl-2014 wara li akkumula dejn kbir ta' madwar €40 miljun. 

Borg kien qed jirrapreżenta lill-istess Uffiċċju kontra Christian Borg u ħames individwi oħra akkużati bi ħtif ta' raġel mir-Rabat. 

Qabel dan, Muscat kien ukoll Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista u kien elett f'din il-kariga fl-elezzjoni tal-2019, biex irriżenja ħalli b'hekk ikun jista' jaħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Huwa kien mexxa petizzjoni favur l-eks Kap tal-PN Adrian Delia, meta l-kariga ta' kap kienet qed tkun sfidata. 

More in Qrati u Pulizija