Espress diżappunt mid-difiża li l-familja tat-Topo ma ngħatatx il-protezzjoni

Debono weħel sitt xhur ħabs u multa ta' €4,600 talli ma onorax il-patteġġjament illi kien laħaq mal-Avukat Ġenerali, b'rabta mal-famuża attentat ta' serqa tal-HSBC f'Ħal Qormi, lura fl-2010  

Daren Debono - magħruf bħala t-Topo - kien żamm il-parti tiegħu tal-patteġġjament, iżda kien "diżappuntat mill-falliment tal-Istat illi jipproteġi lill-familja tiegħu." Dan qalu l-avukat ta' Debono dalgħodu wara appell li kien fetaħ fi Frar ta' din is-sena, wara illi Debono weħel sitt xhur ħabs u multa ta' €4,600 talli ma onorax il-patteġġjament illi kien laħaq mal-Avukat Ġenerali, b'rabta mal-famuża attentat ta' serqa tal-HSBC f'Ħal Qormi, lura fl-2010  

F'Jannar 2022, Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu kien se jitressaq quddiem ġuri propju fuq din is-serqa, imma lejlet li kellu jibda jinstema' l-każ kien żvelat illi intlaħaq patteġġjament ma' Debono, illi permezz tiegħu l-Avukat Ġenerali waqqgħet numru ta' akkużi sabiex dan ikun jista' jagħti aktar xhieda u informazzjoni dwar dan il-każ. Il-każ huwa wieħed jaħraq, hekk kif saru akkużi mill-aħwa Alfred u George Degiorgio illi mdaħħlin f'din is-serqa kien hemm żewġ eks Ministri. L-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien implika illi wieħed minn dawn kien l-eks Ministru Carmelo Abela, li kien jaħdem fl-istess bank snin ilu, xi ħaġa li Abela dejjem ċaħad u saħansitra beda proċeduri l-Qorti kontra l-istess Azzopardi. 

Permezz tal-patteġġjament Debono ingħata sentenza ta' 10 snin u nofs ħabs, flimkien ma' multa ta' €18,000 u kien ordnat iħallas nofs l-ispejjeż marbutin mal-każ - madwar €11,000. 

Minkejja dan huwa ma riedx jikxef aktar kompliċi, apparti Vince Muscat li kien diġà ammetta l-kompliċità tiegħu f'din is-serqa. 

Fis-sottomissjonijiet tiegħu l-Avukat Difensur Edward Gatt appella biex l-Imħallef jinqata' "mill-vuċijiet barra mill-Qorti." 

"Daren Debono kien beda jixhed u jikxef affarijiet fuq Vince Muscat, li kienu kollha esperjenza diretta," qal l-avukat, li fakkar illi hu kien xehed kif Muscat kien daħal il-bank u libes parrokka," xehed, fost affarijiet oħrajn. Fakkar ukoll li l-Qorti qatt ma kienet semgħet din ix-xhieda qabel. Huwa qal li mhu vera xejn li l-klijent tiegħu ma kienx lest jgħid il-verità kollha.

Huwa qal illi filwaqt li hu jinsab fis-sigurtà tal-ħabs qed jibża' ħafna għas-sigurtà tal-familja tiegħu u staqsa jekk hawnx xi ħadd li jiddubita illi fil-fatt Debono jinsab f'riskju għoli. 

Flimkien ma' Gatt, l-avukat Ishmael Psaila ukoll qed jidher għal Debono, filwaqt ii l-avukat Etienne Savona qed jidher għall-Avukat Ġenerali. 

 

More in Qrati u Pulizija