Yorgen Fenech ma jiflaħx; Il-kumpilazzjoni diferita għall-Ħamis

Uffiċjal mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ippreżenta ċertifikat mediku fil-Qorti maħruġ minn tabib li kkonferma li Fenech ma jiflaħx u li allura ma setax jattendi għas-seduta

Is-seduta ta’ dalgħodu, li matulha kellha tkompli l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ġiet diferita hekk kif l-akkużat qam ma jiflaħx.

Uffiċjal mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ippreżenta ċertifikat mediku fil-Qorti maħruġ minn tabib li kkonferma li Fenech ma jiflaħx.

Kien għalhekk li d-Difiża talbet lill-Qorti biex is-seduta tkun diferita. Il-Maġistrat laqgħet it-talba u l-kumpilazzjoni issa se tkompli fit-3 ta’ Ġunju.

Ix-xhud ewlieni fil-kumpilazzjoni huwa Melvin Theuma, l-allegat intermedjarju li allegatament tqabbad minn Fenech biex jorganizza l-assassinju.

Theuma kien qed jirrekordja l-konverżazzjonijiet kollha li kellu ma’ Fenech. Huwa ngħata l-maħfra presidenzjali biex jikxef l-informazzjoni kollha.

Fil-fatt, Theuma kien mistenni jkompli jixhed illum.

More in Qrati u Pulizija