Żewġ imposturi jeħlu sitt xhur ħabs fuq dokumenti foloz

Huma ġew arrestati waqt li kienu qed jippruvaw jaqbdu titjira lejn Bergamo

Ġuvni ta' 18-il sena mis-Sudan u ieħor ta' 25 sena mir-Repubblika taċ-Ċad kienu arrestati lbieraħ fl-ajruport ta' Malta. Huma ġew arrestati waqt li kienu qed jippruvaw jaqbdu titjira lejn Bergamo bl-użu ta' passaport Gambjan u karta tal-identità Taljana li ma kinux tagħhom.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, l-irġiel ġew akkużati wkoll li taw informazzjoni falza lill-awtoritajiet. Huma ammettew il-ħtija u ġew ikkundannati għal 6 xhur ħabs.

 

 

More in Qrati u Pulizija