Raġel jinħeles mill-arrest wara li ġie akkużat b’użura

Hu wieġeb mhux ħati li allegatament daħħal fil-but madwar €23,000 permezz ta' rati eċċessivi ta’ interess fuq somom mislufa

Raġel ta' 45 sena, mir-Rabat, ġie meħlus mill-arrest wara li kien akkużat b'użura u li kiser id-dritt tat-tgawdija tal-proprjetà tal-vittmi tiegħu.

Quddiem il-Qorti, iktar kmieni illum, hu wieġeb mhux ħati li allegatament daħħal fil-but madwar €23,000 permezz ta' rati eċċessivi ta’ interess fuq somom mislufa lil diversi vittmi.

Il-Maġistrat Astrid May Grima tat lir-raġel il-ħelsien fuq depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li jrid jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija.

Il-Qorti ġiet avżata li r-raġel kellu diversi vittmi u għalhekk ħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni favur l-allegati vittmi.

More in Qrati u Pulizija