Yorgen Fenech ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Il-Maġistrat tfakkar li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, jidher li ma kienx waħdu fir-reat u li hemm biża' li jaħrab minn Malta

Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tgħid illi ma tistax tagħmel dan minħabba l-possibilità ta' tbagħbis mal-evidenza. 

Id-deċiżjoni ngħatat mill-Maġistrat Rachel Montebello, li qed tisma' l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fenech.  Montebello qalet li ma tistax taċċetta li tagħti l-ħelsien mill-arrest ladarba ma jidhirx - kompliet tgħid - li Fenech kien waħdu, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u filwaqt li hemm persuni oħrajn ta' interess.  Hija tfakkar ukoll illi minkejja li l-familja tiegħu u interessi tan-negozju jorbtuh ma' Malta, il-biża' li jaħrab mhix konpletament bla bażi. 

Tfakkar illi waqt il-kumpilazzjoni nstemgħu pjani biex Fenech jaħrab minn Malta fuq il-jott tiegħu lejn Tunis, Pariġi jew il-Messiku. 

 

 

More in Qrati u Pulizija