Il-Qorti tiftaħ b'urġenza wara qtil f'Buġibba

Il-qtil seħħ f'bar fi Triq il-Ġifen Buġibba 

Ħaddiem tal-kostruzzjoni Niġerjan kien akkużat bil-qtil ta' Niġerjan ieħor nhar il-Ġimgħa f'bar fi Triq il-Ġifen, Buġibba.  Il-Qorti fetħet b'urġenza biex fil-fatt tisma' dan il-każ

L-Ispetturi Kurt Zahra u Paula Ciantar akkużaw lin-Niġerjan u akkużawh illi konxjament u intenzjonalment qatel lil persuna oħra f'dan il-bar f'Buġibba. 

Il-vittma ta' 37 sena ngħata daqqa ta' sikkina f'sidru f'dak li kien deskritt bħala argument trivjali. Hu miet fl-isptar. 

L-akkużat ta' 38 sena li joqgħod Buġibba għandu dokumenti Taljani, karta ta-identità u permess għar-residenza imma b'passaport Niġerjan. 

More in Qrati u Pulizija