Erba' snin ħabs għal raġel li daħal jisraq anzjana waqt li din marret tisma' quddiesa

Raġel ta' 40 sena jispiċċa ħażin wara li daħal jisraq fid-dar ta' anzjana Slimiża

Raġel, weħel erba' snin ħabs hekk kif kien involut f’attentat ta’ serqa u wara li rrenda ruħu riċediv.  Ir-raġel għandu 40 sena u daħal jisraq id-dar ta' anzjana f'Tas Sliema, waqt li hi kienet qiegħda l-quddies.

Malli waslet lura l-anzjana sabet il-bieb sgassat u d-dar mqellba, iżda envelope b'€2,000 li ħbiet taħt il-gwardarobba, ma nsteraqx.

Il-ħalliel inqabad fil-fatt minn filmati CCTV illi fihom jidher liebes flokk aħmar. Telgħu jixhdu wkoll xi ġirien li kollha kkumentaw dwar raġel bi flokk aħmar dieħel f'din ir-residenza. 

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ikkundannat lir-raġel għal erba' snin priġunerija u depożitu ta' €74,000. 

More in Qrati u Pulizija