Jinżamm arrestat żagħżugħ ta' 23 sena akkużat bi stupru

L-akkużat li jaħdem bħala gwardjan tas-sigurtà wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Żagħżugħ  ta' 23 sena mill-Maċedonja baqa' jinżamm taħt arrest wara li ġie akkużat bi stupru ta' tfajla Maltija ta' 22 sena.

Ir-raġel kien ilu mfittex mill-Pulizija għal ġimgħa sħiħa u fl-aħħar inqabad fuq il-Katamaran fi triqtu lejn Sqallija. 

L-akkużat li jaħdem bħala gwardjan tas-sigurtà wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

L-avukat tiegħu Lennox Vella talab għall-ħelsien mill-arrest u argumenta li l-akkużi jmorru lura għax-xahar li għadda u għalhekk il-Pulizija kellhom biżżejjed ħin biex jiġbru l-evidenza neċessarja. Apparti minn hekk, sostna l-avukat, it-tfajla kienet diġà tat ix-xhieda tagħha.Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat ċaħad it-talba tad-difiża u ordna li l-akkużat jinżamm taħt arrest

More in Qrati u Pulizija