George Degiorgio, magħruf bħala ċ-‘Ċiniż’ u wieħed mill-akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kellu jittieħed l-isptar wara li qala' xeba' fil-ħabs.
Is-sit tvm.com.mt irrapporta li dalgħodu inqala' inċident wara battibekk bejn Degiorgio u priġunier ieħor, b'tal-ewwel deher ħiereġ b'demm f'rasu. Huwa mifhum li l-priġunier gara oġġett lejn iċ-Ċiniż u laqatlu rasu.
Degiorgio qed ikun mgħasses waqt li jieħu l-kura l-Mater Dei. Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta' Degiorgio u lanqas għal kemm żmien se jkun qed jinżamm l-isptar.