Ritratti | Tnejn arrestati wara sejba ta' 111-il kilogramma kannabis
Iż-żewġ persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti aktar tard illum
More in Qrati u Pulizija
Iż-żewġ persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti aktar tard illum
Il-Pulizija arrestat żewġ persuni wara sejba ta’ 111 il-kilogramma droga f’Birkirkara.
Fi stqarrija, il-Pulizija saħqet li kienet ilha diversi jiem tissorvelja raġel ta’ 55 sena u żagħżugħ ta’ 25 sena u lbieraħ wettqet rejd.
Huma nstabu fil-pussess ta’ 111-il kilogramma sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta biex tiġi ttrafikata.
Iż-żewġ persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti aktar tard illum.
Iż-żagħżugħ se jkun akkużat ukoll li kiser il-libertá kkundizzjonata f’każ ieħor.