Editorjal |Tibda l-ġlieda elettorali

F’kampanja elettorali li bdiet b’ritmi differenti, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista qed jippreżentaw strateġiji kuntrastanti: minn naħa, il-momentum u l-proposti kontinwi ta’ Robert Abela, u min-naħa l-oħra, il-bidu aktar kawt iżda progressiv tal-kampanja ta’ Alex Borg—b’attenzjoni fuq il-messaġġ u l-preżenza tiegħu bħala l-assi ewlieni tal-PN

 

“Nifs Ġdid”: dan għażel il-PN bħala slogan tiegħu għal din l-elezzjoni ġenerali. Wieħed li mill-ewwel deher ħafna iktar frisk mis-slogan “Int Malta” tal-Partit Laburista.

Iżda biex inkunu onesti, dak in-nifs ġdid ma tantx kien ovvju fl-ewwel jiem tal-kampanja elettorali. Għax mill-ewwel jiem, deher li l-PN kien diġà qiegħed jipprova jirreaġixxi u jlaħħaq ma’ dak li kien qed jagħmel il-Labour.

Għax waqt li l-mexxej Laburista Robert Abela beda jħabbar mill-ewwel proposta wara l-oħra biex jeċita lill-partitarji tiegħu u jipprova jirbaħ oħrajn ġodda, Alex Borg beda jsemmilna sptarijiet u pagi għall-ħaddiema tas-saħħa. Proposti tajbin u b’saħħithom, ngħiduha kif inhi, imma mhux it-tip li ħa jiggalvanizzaw l-elettorat.

Għal dawk l-ewwel jiem tal-kampanja, il-PN deher qisu ma kienx ippreparat, bħal donnu ma kienx jaf li ġejja elezzjoni. Meta laħaq kap tal-partit, Borg qal b’vuċi soda li l-PN kien lest għal elezzjoni, tiġi meta tiġi.

Iżda ħafna kienu qed jistennew li kif tissejjaħ l-elezzjoni, il-PN kien se joħroġ iktar b’saħħtu. Ħafna stennew li Borg jiftaħ il-kampanja minn Għawdex u jħabbar proposti sodi u fattibbli għall-gżira. Iżda kien Abela li ħabbar proposti għal Għawdex, inkluż investiment f’vapuri ġodda għat-trasport bejn il-gżejjer.

Abela u l-PL jafu li dan huwa suġġett estremament għal qalb l-Għawdxin. Iżda iktar minn hekk, Abela wera li mhux se joqgħod lura milli jisfida lil Borg anke fuq dak li huwa l-home turf tal-Kap tal-PN.

Li qed nistennew issa huma l-manifesti taż-żewġ partiti l-kbar biex ikollna stampa ċara ta’ verament x’inhuma l-pjanijiet tagħhom għall-ħames snin li ġejjin jekk jirbħu l-elezzjoni. 

Iżda mhux kollox dlam u ċpar għall-PN. Għax imbagħad ġejna għall-mass rally tal-1 ta’ Mejju.

U Alex Borg ta prestazzjoni tajba. Deher ċar li kien ippreparat sew. Lill-partitarji tal-PN li attendew għall-attività f’Ħal Lija żammhom iffukati fuqu, entużjasti u ħerqana għalih.

Jekk jirnexxilu jibqa’ jikkomunika b’mod elokwenti u infurmat, Borg kapaċi jasal fejn ħaddieħor ma wasalx.

Għax għall-inqas anke l-PN deher qisu nqabad fuq sieq waħda b’din l-elezzjoni, Alex Borg qed irabbi iżjed kunfidenza fl-irwol tiegħu. Il-prestazzjoni tiegħu f’Ħal Lija għandha tixprunah biex ikompli jwassal il-messaġġ b’mod li n-nies tieqaf u tisma’. 

Il-PN u l-PL għandhom it-tnejn proposti tajbin, kandidati relevanti wkoll, ħaddiema u voluntiera issa jidher li hemm ukoll. Imma bla dubju ta’ xejn il-magna tal-Partit Laburista hija iktar ippreparata. Iżda jekk il-makkinarju l-PN mhux bħal tal-Labour, Alex Borg qed juri li kapaċi jilħaq lin-nies f’din il-kampanja.

Il-mossa li għamel il-PN f’din il-kampanja kien li tefa’ lil Borg bħala l-wiċċ tal-kampanja, milli kwalunkwe wegħda, pjan jew proġett huwa sinjal li l-PN jaf li dan hu l-aħjar asset li għandu. Filwaqt li fil-każ tal-PL, il-kompetenza u l-ekonomija jibqgħu żewġ pilastri ewlenin apparti Robert Abela nnifsu.

Il-ġimgħat li ġejjin juruna kemm il-partiti qed jikkonvinċu u lil min qed jikko

More in Politika