ADPD japprova l-kandidati għall-elezzjoni ġenerali

ADPD-The Green Party iħabbar li l-eżekuttiv tiegħu lbieraħ filgħaxija approva l-kandidati għall-elezzjoni ġenerali fuq kull distrett elettorali

Sandra Gauci
Sandra Gauci

Il-partit ħabbar li b’kollox ġew approvati 8 kandidati li jkopru d-distretti elettorali kollha.

Il-kandidati approvati huma: Mark Zerafa (l-1 u d-9 distrett), Mario Mallia (it-2 u t-8 distrett), Brian Decelis (it-3 u r-4 distrett), Melissa Bagley (il-5 distrett), Sandra Gauci (is-6 u t-12 distrett), Carmel Cacopardo (is-7 u l-11 distrett), Marcus Lauri (l-10 distrett), Luke Caruana (it-12 u t-13 distrett).

Iċ-Chairperson tal-partit Sandra Gauci qalet:”Bħal f’kull elezzjoni ġenerali qed nippreżentaw kandidati fuq id-distretti elettorali kollha. Il-kandidati tagħna huma kommessi li jirrappreżentaw il-prinċipji Ħodor u progressivi tal-partit.”

Gauci qalet li l-kandidati ta’ ADPD kommessi i jaħdmu favur il-ġid komuni, mhux favur l-interessi tal-ftit. Li jaħdmu favur il-benesseri u kwalità ta’ ħajja aħjar. Qalet li l-kandidati kollha huma persuni b’esperjenzi, professjonijiet u kwalitajiet differenti li jemmnu fil-politika tal-’ilkoll’ flok il-politika tal-egoiżmu.

 

More in Politika