Bdejna bl-islogans!

Tħabbret elezzjoni ġenerali oħra... Qabel il-wegħdiet, il-manifesti u l-programmi elettorali, l-ewwel li qed naraw huma sl-slogans tal-partiti

Il-Partit Laburista għażel ‘Int Malta’. Nisperaw li Malta mhiex dik mimlija trab, tħaffir u bini ma jaqta’ xejn. Liema Malta int?

Il-Partit Nazzjonalista għandu “Nifs Ġdid” bħala slogan.Dan ifakkarna fi slogan klassiku tal-Alternattiva snin ilu. B’dan is-slogan u mill-billboards li tellgħu, il-PN jidhru li qed jimbuttaw il-Kap il-ġdid Alex Borg bħala selling point prinċipali tal-kampanja kollha tagħhom.

L-ADPD jgħidulna ‘ilkoll.’ Bl-aħdar u l-isfar karatteristiku tagħhom. Messaġġ car u konċiż, anke jekk xi ftit ottimist.

Il-Momentum qishom ispiraw ruħhom minn Trump u l-istampa tiegħu qisu Ġesu. Dak id-dawl mis-sema qisu għandhom xi ispirazzjoni divina x’ikun?

More in Politika