Elezzjoni ġenerali se ssir is-Sibt 30 ta’ Mejju

Il-Prim Ministru Robert Abela jirrakkomanda x-xoljiment tal-Parlament u jħabbar id-data tal-elezzjoni 

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-elezzjoni ġenerali li jmiss se ssir is-Sibt 30 ta’ Mejju.

It-tħabbira saret it-Tnejn filgħaxija u b’hekk temm ġimgħat ta’ spekulazzjoni dwar meta kienet se tissejjaħ l-elezzjoni.

Din se tkun is-26 elezzjoni ġenerali f’Malta mill-1921, meta l-pajjiż kiseb awtonomija u l-Maltin ivvutaw għall-ewwel Parlament tagħhom.

Il-Partit Laburista mistenni jikkontesta l-elezzjoni taħt is-slogan “Int Malta”.

F’interventi riċenti fuq programmi televiżivi, fosthom fuq Xtra u fuq One TV, Abela kien enfasizza li din l-elezzjoni se tiffoka fuq min hu kapaċi jmexxi lill-pajjiż fi żmien ta’ sfidi u inċertezza fuq livell internazzjonali.

Aktar dettalji mistennija fil-ħin li ġej.

More in Politika