Konferenza stampa tal-Prim Ministru mal-kabinett kollu żżid l-ispekulazzjoni dwar l-elezzjoni

Il-konferenza stampa tal-lum, li għaliha attenda l-kabinett kollu, kompliet iżżid l-ispekulazzjoni li Abela se jħabbar elezzjoni fil-ġranet li ġejjin. L-aktar data kmieni li qed tissemma għal elezzjoni hija d-9 ta’ Mejju. Hemm ukoll xniegħat dwar is-6 ta’ Ġunju. Minkejja l-ispekulazzjoni konferenzi stampa simili fl-anniversarji annwali mill-elezzjoni u li waqthom isir elenku ta’ x’wettaq il-gvern saru n-norma. Hemm min innota iżda li qed isiru konferenzi stampa u opportunitajiet biex jidhru l-ministri fir-ritratti għal affarijiet li s-soltu huma biss rutina amministrattiva.

Robert Abela u Ian Borg mall-kabinett
Robert Abela u Ian Borg mall-kabinett

Il-Gvern wettaq 82% tal-wegħdiet imniżżla fil-manifest elettorali “Malta Flimkien”, qal il-Prim Ministru Robert Abela.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-kumpless sportiv tal-Marsa fl-erba’ anniversarju mill-elezzjoni ġenerali tal-2022, Abela, imdawwar bil-membri tal-Kabinett, spjega sensiela ta’ proġetti li diġà ġew implimentati u oħrajn li għadhom fi stadju ta’ ppjanar.

Il-konferenza stampa tal-lum, li għaliha attenda l-kabinett kollu, kompliet iżżid l-ispekulazzjoni li Abela se jħabbar elezzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. L-aktar data kmieni li qed tissemma hija d-9 ta’ Mejju. Hemm ukoll xniegħat dwar is-6 ta’ Ġunju. Minkejja l-ispekulazzjoni konferenzi stampa simili fl-anniversarji annwali mill-elezzjoni u li waqthom isir elenku ta’ x’wettaq il-gvern saru n-norma. Hemm min innota iżda li qed isiru konferenzi stampa u opportunitajiet biex jidhru l-ministri fir-ritratti għal affarijiet li s-soltu huma biss rutina amministrattiva. Waħda minnhom kienet l-estensjoni taċ-ċens ta’ Saint Edward’s fil-Birgu, li għaliha saret ċerimonja l-iskola bl-attendenza ta’ Robert Abela u Owen Bonnici, u s-soltu ritratti mat-tfal. Malta ssegwi s-sistema Ingliża li fiha l-prim ministru jista’ jsejjaħ elezzjoni meta jrid. F’ħafna pajjiżi oħra elezzjonijiet ikollhom data fissa, sakemm il-parlament ma jiddeċidix mod ieħor.

Fl-elenku tal-kisbiet, Abela emfasizza li skontu “Aħna l-uniku gvern fl-Ewropa li fl-aħħar erba’ snin ma żidniex il-prezz tal-elettriku, il-fjuwil jew il-gass lanqas b’1%. Għal dan l-għan investejna kważi biljun ewro.”

Il-Gvern sostna li Malta qabżet il-medja taż-żona Ewro fid-dħul per capita, u issa tinsab fost l-aqwa għaxar ekonomiji fl-Unjoni Ewropea. Abela żied jgħid li bejn l-2022 u l-bidu tal-2026, il-Gvern investa aktar minn sitt biljun Ewro fin-nefqa soċjali, inkluż żidiet fl-allowance tat-tfal, tnaqqis fit-taxxi għall-ħaddiema u l-ġenituri, riformi fil-qorti tal-familja, emendi fil-liġi tal-IVF, u ftehimiet ma’ infermiera, edukaturi, ħaddiema soċjali, pulizija u suldati. Abela ddeskriva wkoll il-Viżjoni Malta 2050, bil-għan li pajjiżna jitpoġġa fost l-aqwa pajjiżi fid-dinja fl-iżvilupp uman u li jiżdied id-dħul tal-familji biex jilħaq il-medja Ewropea.

Skont il-prim ministru il-gvern qed jippjana wkoll li jħaffef numru ta’ proġetti, fosthom sit ġdid ta’ Project Green f’Bormla, skejjel primarji fil-Mellieħa, in-Naxxar u Ħal Qormi, impjant tal-enerġija mill-iskart organiku b’investiment ta’ €75 miljun, qorti ġdida f’Għawdex, skwadra tal-pulizija għal Paceville, stazzjon tan-nar fil-Magħtab, skema ta’ enerġija rinnovabbli għad-djar, kif ukoll riformi fil-liġijiet kriminali u tal-prostituzzjoni. Huwa ppjanat ukoll dak li qed jissejjaħ Malta Business Wallet biex jiffaċilità l-investiment.

 

More in Politika