Abela jisfida lil Borg, waqt li l-magni tal-elezzjoni jinxtegħlu

Borg lill-Grupp Parlamentari: ‘Mhux se niddiskuti magħkom il-ħatra ta’ Prim Imħallef … ħallu f’idi’ 

Robert Abela (xellug) u Alex Borg igiddbu lil xulxin fuq in-nomina għall-ħatra ta’ Prim Imħallef
Robert Abela (xellug) u Alex Borg igiddbu lil xulxin fuq in-nomina għall-ħatra ta’ Prim Imħallef

Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li għażel li jikxef l-isem tal-kandidat tal-gvern għall-kariga tal-Prim Imħallef hija xprunata mill-fatt li Abela jrid jittestja kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg huwa lest lijikkonfronta l-Labour. U fl-istess ħin jiżra’ feles bejn id-diriġenti tal-PartitNazzjonalista.  

Abela jaf li l-uniku mod kif jista’ jtawwal id-data tal-elezzjoni hu li jdgħajjef lil Borg. Minkejja li jidher ċar li l-magni tal-Partit Laburista huma mixgħula fl-eventwalità li Abela jsejjaħ elezzjoni qabel iż-żmien.  

Fl-aħħar sigħat, Abela insista li ma kien hemm l-ebda qbil li l-isem ta’ Consuelo Scerri Herrera jibqa’ mistur. Borg argumenta li mhux hekk kien il-ftehim. Li huwa ċert hu li ċ-ċansijiet li Scerri Herrera tiġi aċċettata bħala kandidat għal Prim Imħallef issa huwa aktar diffiċli minn qabel. 

Sadattant, membri Parlamentari Nazzjonalisti li attendew għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari nhar l-Erbgħa tkellmu ma’ din il-gazzetta fuq kemm kienu sorpriżi bl-andament tal-laqgħa. 

Il-laqgħa ssejħet b’mod urġenti wara li aktar kmieni nhar l-Erbgħa, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li l-Gvern ippropona lill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera biex tinħatar Prim Imħallef. 

Din l-istqarrija ta’ Attard qanqlet kontroversja politika bil-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg jakkuża lill-Prim Ministru Robert Abela li kiser“gentleman’s agreement” bejn iż-żewġ naħat. Borg qal li kien hemm qbil li ma jitħabbru l-ebda ismijiet pubblikament sakemm iż-żewġ naħat jaqblufuq kandidat wieħed. 

Fi stqarrija qasira wara l-laqgħa tal-Erbgħa, Borg qal li l-gruppparlamentari, b’deċiżjoni unanima, qabel li d-diskussjonijiet mal-Prim Ministru għandhom ikomplu b’mod kunfidenzjali. Huwa ma esprimiexpożizzjoni dwar in-nomina ta’ Scerri Herrera u lanqas żvela ismijietalternattivi.  

Iżda din ir-retiċenza tiegħu li jiddiskuti l-ħatra ta’ Prim Imħallef tmur lilhinn mid-dawl tal-kameras u l-mikrofoni tal-ġurnalisti. 

MPs li tkellmu ma’ din il-gazzetta kienu urtati għad-deċiżjoni ta’ Borg waqtil-laqgħa tal-Erbgħa. 

“Jien u ħafna minn sħabi konna qed nistennew li kien ħa jkun hemmdiskussjoni fuq il-ħatra tal-Prim Imħallef,” qal wieħed mill-MPs. “Ovvjament, id-deċiżjoni finali hija tal-Kap, kif għandu jkun, iżda li lanqasbiss kien lest jisma’ suġġerimenti min-naħa tagħna.” 

Membru Parlamentari ieħor ikkonferma li ma kien hemm diskussjoni ta’ xejn. Qal li “l-Gvern ippropona lill-Imħallef Consuelo Scerri Hererra għalPrim Imħallef. Iżda l-isem Consuelo Scerri Herrera lanqas biss issemmadarba matul il-laqgħa li kellna dil-ġimgħa.” 

Borg qal lill-Membri Parlamentari tiegħu li hu qed jikkonsulta ma’ nies li jafda u li mhux se joqgħod, la jiżvela ismijiet li qed jikkunsidra, u wisqanqas li jiftaħ diskussjoni fil-Grupp Parlamentari. 

“Qalilna nħallu f’idejh, li hu jaf x’qed jagħmel u ġa jaf kif irid jipproċedifit-taħditiet mal-Prim Ministru,” qal il-MP. 

Scerri Herrera, li għandha 61 sena, teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament biex tinħatar, u dan ifisser li l-approvazzjoni tagħha tiddependiwkoll mill-appoġġ tal-Oppożizzjoni.  

Fiċ-ċrieki ġudizzjarji, Scerri Herrera hija meqjusa bħala ħaddiemab’saħħitha li tagħti sentenzi dettaljati. Hija oħt l-Eks Ministru LaburistaJose Herrera. Madankollu, madwar għaxar snin ilu kienet ġiet iċċensuratamill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja wara li nstabet li kisret il-kodiċi ta’ etika tal-ġudikatura fir-rigward ta’ mġiba fil-ħajja privatatagħha. 

Fost ismijiet oħra li kienu qed jissemmew f’dawn l-aħħar ġimgħat hemmdawk tal-Imħallfin Edwina Grima u Lawrence Mintoff. Iżda jidher li issadawn iż-żewġ ismijiet ġew skartati għalkollox. 

More in Politika