Momentum iħeġġeġ riforma fl-Edukazzjoni mmexxija miż-żgħażagħ

Dan jinqtal fi stqarrija maħruġa fil-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni

Il-Partit Momentum immarka l-Jum Internazzjonali tal-Edukazzjoni billi appella lill-istudenti ta' Malta sabiex joħolqu flimkien il-futur tat-tagħlim tagħhom. Fl-istqarrija, il-partit ikkritika n-nuqqasijiet eżistenti fis-sistema edukattiva minkejja investiment pubbliku ta' 5.2% tal-PDG.

Il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-Unjoni Ewropea jindika li 9.3% ta' studenti jitilqu kmieni mill-iskola u li wieħed minn kull tliet studenti b'diżabilità li mhumiex moqdija biżżejjed.

Il-membru tal-kumitat Katya Compagno qalet illi ‘’l-Edukazzjoni tas-seklu 21 ma tistax titfassal mingħajr parteċipazzjoni attiva tal-istudenti." Hija nnotat li 51,000 żagħżugħ u żagħżugħa fl-età obbligatorja jesperjenzaw difetti fis-sistema direttament, speċjalment fit-tħejjija diġitali.

Ir-riformi jinkludu rwoli formali tal-istudenti fil-politika permezz ta’ kunsilli u parlamenti żgħażagħ; l-abbandun ta' mudelli mmexxija mill-eżamijiet għal mogħdijiet ta' kreattività u vokazzjonali; u l-involviment taż-żgħażagħ fl-etika tal-AI/teknoloġija.

Momentum appella għal kurrikuli flessibbli lil hinn mill-eżamijiet, illi jħaddnu l-kreattività u l-ħiliet vokazzjonali, flimkien mal-input tal-istudenti dwar l-Intelliġenza Artifiċċjali u l-etika diġitali; mhux biss kurrikulu bbażat fuq il-laptops.

"L-istudenti tagħna jeħtieġu sistema li tirrispondi," żiedet Compagno, filwaqt li ħeġġet għal riforma kollaborattiva għall-ekwità f'ekonomija diġitali.

More in Politika