Elezzjoni fl-2026, iva jew le?
Il-mistoqsija li m’hemmx risposta għaliha
More in Politika
Il-mistoqsija li m’hemmx risposta għaliha
Il-mistoqsija li m’hemmx risposta għaliha hija jekk l-elezzjoni li jmiss hux se ssir fl-2026 jew inkella fl-2027. Inċertezza dwar id-data tista’ twassal għal inċertezza ekonomika. Huwa għalhekk li l-Gvern ta’ Abela jrid ikun aktar ċar fi kliemu meta jitkellem dwar elezzjoni.
Lanqas hu (il-Prim Ministru) ma jaf, imma żgur li jaf li jrid jieħu deċiżjoni. Id-data tal-elezzjoni ġenerali tibqa’ mistura, għalkemm uffiċjalment il-Prim Ministru Robert Abela argumenta li ħa jkun hemm baġit ieħor f’Ottubru. Iżda Abela, li huwa magħruf li jissorprendi anke lil dawk ta’ madwaru, jaf li l-wasla ta’ Alex Borg bħala l-kap tal-Partit Nazzjonalista u kif ukoll l-eżitu ta’ avvenimenti jista’ jwasslu biex jgħajjat l-elezzjoni qabel żmienha. Teknikament, il-gvern jista’ jibqa’ għaddej sal-2027, imma jista’ jkun li jkun hemm sitwazzjonijiet li jixprunaw lil Abela biex jgħajjatha qabel. Ħarisna lejn il-fatturi kontra u favur li jgħajjat elezzjoni bikrija.
Raġuni għal elezzjoni qabel żmienha
L-appoġġ elettorali għal Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista jibqa’ jżid.
Il-każ kontra Yorgen Fenech fil-Qorti jwassal għal dikjarazzjonijiet li jitfgħu dell ikrah fuq Joseph Muscat u l-Gvern Laburista li kien jagħmel parti minnu Robert Abela.
Is-sitwazzjoni internazzjonali twassal għal tensjoni u inċertezza globali.
Tinkixef xi storja ta’ korruzzjoni jew abbuż ta’ poter li jirrifletti ħażin fuq il-Gvern Laburista.
Iktar Laburisti jiddikjaraw li ma jridux jivvutaw minħabba ċirkustanzi jew stejjer lokali.
Raġuni għal elezzjoni fi żmienha
L-appoġġ elettorali għal Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista jibda jonqos mhux jiżdied.
Il-każ kontra Joseph Muscat fil-każ tal-Vitals ma jmur imkien.
Is-sitwazzjoni ekonomika tijieb u tkompli tkattar aktar ġid.
Il-gvern ma jkomplix bir-riformi tal-Planning u jintefa’ fuq proġetti ta’ fejda ambjentali u soċjali.
Iktar Laburisti li qalu li ma jridux jivvutaw minħabba ċirkustanzi partikolari jew stejjer lokali jiddeċiedu biex jivvutaw Labour.