Il-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena ta' Borg:
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg jgħid li Malta qiegħda f'salib it-toroq
More in Politika
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg jgħid li Malta qiegħda f'salib it-toroq
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg jestendi l-awguri tal-ewwel tas-sena fejn qal li l-futur ta' Malta għandu jkun ibbażat fuq ir-rispett, il-kuraġġ u t-tama.
Hu qal li bħalissa Malta qiegħda f'salib it-toroq, f'żmien ta' opportunita' u sfidi kbar fejn ħafna qed "iħossu din ir-realta'" jew l-għoli tal-ħajja, jew l-isfida għall-akkomodazzjoni affordabbli jew il-pagi.
"Pajjiżna għandu poplu kawtiel," qal Borg, waqt li kompla fejn semma l-imprendituri, l-edukaturi, il-ħaddiema u l-komunitajiet b'għeruq sodi ta' solidarjeta', valuri u twemmin li Malta tista' tipprogressa.
Huwa sostna li hemm bżonn ta' bidla wkoll fil-mod fil-politika f'Malta billi jkun djalogu maż-żgħażagħ apatetiċi lejn il-politika. li skontu mhijiex daqshekk relevanti, apprezament iżjed għall-anzjani u ugwalita' bejn il-klassijiet soċjali kollha.
"Jien magħkom. Dan hu l-mument tagħna. Jalla s-sena l-ġdida ġġibna eqreb lejn Malta li hi aktar ġusta, b’saħħitha imma wkoll ħanina," għalaq Borg.