Is-Segretarju Ġenerali tal-Momentum jieħu kariga għolja fil-Partit Demokratiku Ewropew

Mark Camilleri Gambin, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Momentum jilħaq Deputat Segretarju Ġenerali tal-grupp Ewropew ċentrist EDP

Mark Camilleri Gambin waqt il-Kungress annwali tal-EDP (Ritratt: Momentum)
Mark Camilleri Gambin waqt il-Kungress annwali tal-EDP (Ritratt: Momentum)

Is-Segretarju Ġenerali tal-partit Momentum ġie elett bħala d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-grupp Ewropew ċentrist il-Partit Demokratiku Ewropew (EDP) waqt il-kungress tal-istess partit nhar il-Ġimgħa f' Bilbao ġo Spanja.

Il-partit Momentum qal li din hija rebħa kbira għas-sħubija ta' Momentum mal-alleati Ewropew fl-EDP kif ukoll rebħa għal politika tat-tielet partiti f'Malta. "Bħalissa qiegħdin f'salib it-toroq fejn irridu niddeċiedu jekk it-teknoloġija hux se tiddetta d-demokrazija jew id-demokrazija hux se tifforma t-teknoloġija," qal Camilleri Gambin waqt l-inawgurazzjoni tiegħu. Hu qal li hu ta' unur għalih li jservi f'dan l-irwol fejn hu ħa jiżgura li l-innovazzjoni sa tibbenefika lil ħaddiem, tipproteġi lil uliedna mill-monetizzazzjoni tal-midja soċjali u tiddeffendi d-drittijiet fundamentali.

L-assenzjoni ta' Camilleri Gambin f'din il-pożizzjoni tiżgura kommunikazzjoni bejn grupp Ewropew importanti ieħor ma' Malta, fejn ħa sservi bħala pont bejn l-attiviżmu Malti u d-djalogu Ewropew. Momentum qal li se juża din il-pjattaforma sabiex jamplifika l-vuċijiet lokali fuq livell Ewropew u li se jkompli jindirizza kwistjonijiet bħas-sigurta tat-tfal fid-dinja diġitali u protezzjoni ambjentali.

Is-Segretarju Ġenerali tal-EDP Sandro Gozi kkumenta fuq l-assenzjoni ta' Camilleri Gambin fejn tah l-awguri u qal li "flimkien se naħdmu għall-Ewropa iżjed effettiva u ġusta b'impenn għat-trasparenza, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u niddeffendu s-saltna tad-dritt."

More in Politika