Il-kunsilli fir-reġjun tal-Port qed jitolbu tweġibiet mingħand il-Fondazzjoni Kottonera dwar in-nuqqasijiet li wasslu biex l-offerta tal-Birgu għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031 tfarket.
“Qed nibqgħu mistagħġbin kif Birgu lanqas biss ġie inkluż fil-lista qasira, minkejja l-ammont kbir ta’ fondi allokati għal din l-inizjattiva,” qal sors qrib il-Kunsill Reġjonali tal-Port lil gazzetta oħt, MaltaToday.
Il-Birgu lanqas ma laħaq il-kriterji meħtieġa biex jitqies għall-lista qasira meta bord indipendenti ta’ esperti ħabbar id-deċiżjoni tiegħu aktar kmieni din il-ġimgħa. Għawdex, jew aħjar ir-Rabat Għawdex, kien il-belt li ġiet magħżula fil-lista qasira.
Il-kunsill tal-Birgu kellu laqgħa straordinarja nhar l-Erbgħa, filwaqt li l-Kunsill Reġjonali tal-Port se jiltaqa’ nhar it-Tnejn li ġej mas-sindki taħt ir-responsabbiltà tiegħu biex jiddiskutu r-riżultat.
L-offerta tal-Birgu, skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni, kien immaniġġjat mill-Fondazzjoni Kottonera. Is-sindku tal-Birgu, John Boxall, qal li l-kunsill ma kellux aċċess għall-ktieb tal-offerti li ntbagħat mill-fondazzjoni sakemm tħabbru r-riżultati.
Il-kunsilli u s-sindki issa qed jitolbu spjegazzjoni mingħand il-fondazzjoni dwar għaliex il-Birgu falla milli jilħaq il-kriterji anke biex jitqies. Huma qajmu mistoqsijiet dwar jekk il-bidx ġiex imħejji b’mod dilettantesk, minkejja allokazzjoni ta’ €350,000. Il-Kunsill Reġjonali kien ta €200,000, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali €100,000 oħra, u l-Kunsill Lokali ta’ Birgu €50,000.
Paul Farrugia, li jmexxi l-Kunsill Reġjonali tal-Port, ippubblika messaġġ ambigwu fuq il-profil tiegħu nhar l-Erbgħa fejn kiteb: “Meta tim jitlef għax ma lagħabx tajjeb, jistħoqqlu. Imma meta tim jitlef għax ma għamilx xogħlu, jew għax kien qed jiskorja awtogowls, dik ħaġa oħra.”
F’kumment taħt il-post tal-Kunsill tal-Birgu, is-sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina wera pubblikament l-appoġġ tiegħu lill-kunsill u lis-sindku John Boxall.
“Kien hemm ħafna mistoqsijiet li kellhom jiġu mwieġba, u nispera li xi darba nirċievu tweġiba,” qal Aquilina.
L-inizjattiva tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, imnedija fl-1985, tiċċelebra l-għana u d-diversità tal-kulturi madwar l-Ewropa, filwaqt li tippromwovi żvilupp urban u reġjonali sostenibbli permezz tal-kultura.
Il-Belt Valletta kienet żammet it-titlu fl-2018, bħala l-ewwel proposta ta’ Malta – waħda li saret bla kompetizzjoni.
Il-belt tar-RAbat, Għawdex, ġiet magħżula fil-lista qasira din il-ġimgħa biex iżżomm it-titlu fl-2031, b’deċiżjoni finali mistennija f’Settembru 2026.
Il-belt magħżula issa tidħol fil-fażi finali tal-għażla, fejn se tkompli tiżviluppa l-programmi kulturali tagħha, turi l-istrateġiji fit-tul għall-impatt soċjali, kulturali u ekonomiku, u tilqa’ żjarat mill-bord tal-esperti bħala parti mill-preparazzjoni.