"Allaħares ma kienx Adrian Delia", jgħid Borg fuq Stewards

Alex Borg jitkellem fuq id-deċiżjoni tal-ICC fuq il-każ ta' Stewards

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem fil-Parlament fejn qal li "allaħares ma kienx Adrian Delia" rigward il-każ ta' Vitals u d-deċiżjoni li ħadet il-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali (ICC) fuq dan l-iskandlu.

Borg talab lil gvern sabiex jipprovdi t-talbiet li għamel fit-tribunal u x'provi ressaq fit-tribunal waqt li saħħaq li l-PN dejjem se jibqa' fuq in-naħa tal-poplu u se jaraw li "l-flus tal-poplu jiġu lura sal-aħħar ċenteżmu."

Aktar kmieni illum filgħodu, l-ICC ittermina l-kuntratt legali bejn il-gvern Malti u l-kumpanija Steward Healthcare, filwaqt li l-arbitraġġ iddeċieda li Steward Health Care għandha titħallas €4.78 miljun mill-gvern. 

Kien propju Adrian Delia li fetaħ każ kontra il-kumpaniji Vitals u Stewards rigward il-konċessjoni tal-isptarijiet li skontu dawn il-kumpaniji ma kienux wetqu l-obligazzjonijiet kuntrattwali tagħhom.

More in Politika