Baġit 2026 | Miżuri maħsuba għal familja mill-kbir għaż-żgħir
Ħarsa lejn il-miżuri tal-baġit
More in Politika
Ħarsa lejn il-miżuri tal-baġit
Il-gvern prova jraqqa’ il-pannu bil-qargħa aħmar billi jindirizza l-problema tar-rata tal-fertilita’ b’proposti li jolqtu dawn il-problemi.
Clyde Caruana jħabbar tibdil sostanzjali fix-faxx ta' taxxa għal ġenituri u koppji miżżewġa bit-tfal għat-tliet snin li ġejjin
Il-gruppi tat-taxxa fuq id-dħul għall-ġenituri u koppji miżżewġin bit-tfal se jinqelbu ta’ taħt fuq matul it-tliet snin li ġejjin, sabiex jibqa’ aktar flus fil-but ta’ dawk li qed irabbu tfal.
It-tnaqqis progressiv fit-taxxa jibda jinħass mis-sena d-dieħla, b’limiti ogħla ta’ dħul esklużi mit-taxxa u b’tkabbir fil-gruppi intermedji tat-taxxa għall-ġenituri.
Din il-miżura ewlenija tal-Baġit 2026 se tħalli €160 miljun fil-bwiet tan-nies fuq tliet snin, u se taffettwa eluf ta’ familji. Il-bidliet se japplikaw ukoll għal familji b’tifel jew tifla waħda.
Fost il-miżuri oħra ewlenin hemm:
Il-COLA: €4.66 fil-ġimgħa
Żieda fil-pensjoni: €10 fil-ġimgħa, inkluż il-COLA
Appoġġ għal żieda fil-pagiet: Il-gvern ħa jiffinanzja sa’ 65% ta’ żidiet fil-pagi (massimu ta’ €780 fis-sena) għal sentejn għas-settur privat li għandhom ħaddiema li ilhom impjegati magħhom iżjed minn erba’ snin. Għal Għawdex, dan l-appoġġ ħa jkun sa’ 80% taż-żieda, voldieri Massimu ta’ €960 fis-sena.
Il-bolla qabel 18-il sena: Mis-sena d-dieħla l-ministru ħabbar li studenti ta’ taħt it-18-il sena li jaħdmu, il-bolla li jħallsu mill-paga tagħhom se tgħodd bħala kontribuzzjoni għall-pensjoni tagħhom.
Għotja għall-istudenti Għawdxin: Se tiġi introdotta għotja ta’ €280 fix-xahar għal studenti Għawdxin li jinżlu Malta sabiex jirċievu l-edukazzjoni tagħhom.
L-iskema tal-ħlas ta’ 10% tad-depożitu fuq il-loan għad-dar: Żieda minn €225,000 għal €250,000 għal dawk li ma jkollomx biżżejjed biex jagħmlu l-konvenju. Is-self jitħallas lura fi żmien 25 sena bl-imgħaxijiet jitħallsu mill-Awtorità tad-Djar.
Tal-Linja bil-baħar: Parti minn dan is-servizz se tkun tinkludi linja minn Tas-Sliema sa Buġibba u tibqa’ sejra lejn Għawdex u linja oħra minn Marsaskala għall-Belt.