Baġit 2026 | Żieda fl-istipendju

Miżuri relatati ma’ żgħażagħ u studenti, inkluż estensjoni tal-għotja tas-sħubija tal-gyms

L-istipendji tal-istudenti se jiżdied b’15% ħabbar il-Ministru Clyde Caruana waqt id-diskors tal-baġit. Din hija waħda mill-miżuri mmirati lejn żgħażagħ u studenti.

Gyms b’xejn: Il-miżuri li ġiet introdotta s-sena l-oħra ta’ sitt xhur gym b’xejn għal żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-20 sena se tiġi estiża wara li madwar 80% ta’ dawk eliġibli għamlu użu minn din il-miżura. Mis-sena d-dieħla, żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-21 sena ħa jgawdu minn vawċer ta’ sitt xhur gym b’xejn ħlief għal dawk li diġa’ bbenefikaw mill-iskema fl-2025.

Il-bolla qabel 18-il sena: Mis-sena d-dieħla l-ministru ħabbar li studenti ta’ taħt it-18-il sena li jaħdmu, il-bolla li jħallsu mill-paga tagħhom se tgħodd bħala kontribuzzjoni għall-pensjoni tagħhom.

Għotja għall-istudenti Għawdxin: Se tiġi introdotta għotja ta’ €280 fix-xahar għal studenti Għawdxin li jinżlu Malta sabiex jirċievu l-edukazzjoni tagħhom.

Għotja għall-ġenituri ta’ studenti post-sekondarji: Ġiet ikkonfermatha li l-għotja ta’ €1,500 fuq tliet snin għall-ġenituri ta’ studenti post-sekondarji se tibqa’ tingħata.

More in Politika