Budget 2026| Tkabbir ekonomiku b’saħħtu, iżda r-rata tat-twelid dejjem jonqos

Fil-Baġit 2026, il-Gvern tenna li Malta qed tkompli tirreġistra tkabbir ekonomiku eċċezzjonali, iżda r-rata baxxa tat-twelid qed titqies bħala l-akbar sfida għall-futur soċjali tal-pajjiż

Il-Prim Ministru, waqt id-diskors tal-Baġit 2025, iddeskriva lill-pajjiż bħala “Malta eċċezzjonali”, billi fakkar li minkejja t-tħassib ekonomiku li qed jolqot ħafna pajjiżi Ewropej, Malta baqgħet fost l-eċċezzjonijiet bil-livell ta’ tkabbir ekonomiku li rnexxielha tikseb.

Madankollu, hu wissa li minkejja s-suċċess ekonomiku, il-pajjiż qed jiffaċċja sfida serja oħra — dik tar-rata baxxa tat-twelid. Skont il-Prim Ministru, din il-problema tista’ twassal għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi fit-tul jekk ma tittieħedx azzjoni fil-ħin.

Bħala parti mill-miżuri tal-Baġit, il-Gvern se jkun qed iżid il-pensjonijiet u l-infiq soċjali, filwaqt li joffri aktar għajnuna lill-familji u lill-persuni vulnerabbli. Il-Prim Ministru tenna li dawn il-miżuri huma parti minn politika li tħares lejn is-solidarjetà soċjali u l-benesseri tal-familja Maltija.

More in Politika