Baġit 2026 | Emergenza għall-annimali b’xejn

Miżuri relatati mal-ambjent, annimali u enerġija

Caruana ħabbar investiment ta’ madwar €300 miljun fuq xogħol fuq it-tieni interconnector kif ukoll l-ittestjar ta’ 99 kilometru ta’ cable jkunu waslu biex jintemmu, biex imbagħad wara jitgħabba fuq il-vapur speċjalizzat biex jibda jitpoġġa f’qiegħ il-baħar.

Proġetti oħra favur l-agrikoltura huwa t-twettiq ta’ proġett għal impjant ġdid li jipproċess demel tal-annimali sabiex tingħalaq il-faċilita’ temporanja f’Marsaskala. Filwaqt li s-sena d-dieħla se jkomplu l-investiment fil-Pitkalija sabiex tkun mgħammra b’aqwa teknoloġija u se terġa tinfetaħ l-Pitkalija f’Għawdex.

Il-Ministru tkellem ukoll fuq liġi ġdid li se tiġi preżentata fil-jiem li ġejjin wara konsultazzjoni, liġi li se tirregola l-operat ta’ INDIS — l-amministrazzjoni responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ faċilitajiet industrijali tal-gvern f’Malta u Għawdex — u Malta Enterprise, b’mod partikolari kif tiġi allokata l-art industrijali.

INDIS se tippubblika policy ġdida dwar l-użu tas-soqfa industrijali u spazji miftuħa biex jiġu uzati għal pannelli fotovoltajċi, sabiex tgħin lill-industrija tnaqqas il-konsum tal-enerġija u jkun hemm iżjed investiment fl-enerġija alternattiva.

Barra minn hekk, il-ministru tkellem ukoll fuq proġett ambjentali iżjed ambizzjuż, ir-riklamazzjoni tal-art. “Illum diġà għaddej proġett ta’ riklamazzjoni ġewwa l-Freeport; issa wasal iż-żmien li nagħmlu l-pass li jmiss,” qal il-ministru waqt li spjega li s-sena d-dieħla sa jibda proċess għal proġett fuq riklamazzjoni tal-art ‘il barra mid-dawra tal-Port Ħieles b’skop industrijali marittimu.

Caruana spjega li s-sena d-dieħla se toħroġ sejħa pubblika għall-iżvilupp ta’ Selmun Palace u Fort Campbell bl-għan li jinħolqu spazji pubbliċi ġodda f’Fort Campbell u li Selmun Palace jsir min hu l-użu massimum ekonomiku b’mod sostenibbli.

Huwa qal li ħa toħroġ ukoll sejħa pubblika għal Family Amusement Park f’Ta’ Qali sabiex tiżdied l-attivita’ lejn l-Artisanal Village u jiġu offruti iżjed attrazzjonijiet.

Krematorju tal-annimali: Se jibda l-proċess sabiex jinbena krematorju u ċentru ġdid għal rehoming ta’ annimali tat-triq inkluż kenn għaż-żwiemel.
Investiment Ġenerali: investiment ta’ €275 miljun allokati għall-proġetti ħodor u enerġija (inkluż l-interconnector).

Benefiċċju tal-Enerġija: Se jiġi estiż il-limitu tad-dħul b’€2,500 addizzjonali għall-koppji.

Ixtri Propjeta’ Sostennibli: Din l-iskema maħruġa mill-BCA se tiġi estiża flimkien mal-iskema Irrinova Darek, kif ukoll se tiġi mnedija skemma għall-qasam tal-volontarjat sabiex dawk l-għaqdiet jistgħu jirrinnovaw u jtejbu l-binja tagħhom.

Skema għal bdiewa: Se tiġi introdotta skema volontarja b’kumpens ġust għall-bdiewa rtirati jew li se jirtiraw biex l-art tagħhom tinġieb f’idejn bdiewa żgħażagħ u professjonali flimkien ma’ inċentivi fiskali biex jitħeġġeġ l-bejgħ u x-xiri ta’ art agrikoli.

Tal-Linja bil-baħar: Parti minn dan is-servizz se tkun tinkludi linja minn Tas-Sliema sa Buġibba u tibqa’ sejra lejn Għawdex u linja oħra minn Marsaskala għall-Belt.

Miżura ta’ ritorn ta’ liċenzja: Żgħażagħ sa 30 sena jkunu jistgħu jirritornaw il-liċenzja tagħhom għal għotja ta’ €5,000 fis-sena għal 5 snin.

More in Politika