Baġit 2026 | Estiżi skemi għall-intrapriżi
Miżuri relatati mal-Intrapriża u n-Negozji
More in Politika
Miżuri relatati mal-Intrapriża u n-Negozji
L-iskema Micro Invest se tkompli tissaħaħ billi tinkludi soluzzjonijiet diġitali filwaqt li l-krediti tat-taxxa jiżediedu għal €65,000 sa massimu ta’ 65% tal-ispiża eliġibbli u bonus ta’ 20% addizzjonali għall-intrapriżi f’Għawdex se jibfqa filwaqt li t-total tal-għajnuna għal kategoriji speċifiċi eżistenti ta’ intrapriżi se jitla’ sa massimu ta’ €85,000.
Caruana qal li l-gvern qed jikkunsidra sejħa internazzjonali għal “free-zone logistics hub” ġdida fiż-żona tal-ajrupost b’konnessjoni mal-Port Ħieles.
Din hija waħda mis-serje ta’ proposti mmirati lejn negozji u intrapriżi, inkluż:
Business Development Scheme: Din l-iskemma se tiġi estiża għall-intrapriżi li qed jespandu, jittrasformaw u joħolqu impjiegi speċjalizzati.
Inizjattivi għal start ups: B-Start għall-kapital inizjali; Start-Up Finance għal self rimborsabbli u Acecelerate biex in-negozji fl-ewwel snin tagħhom jieħdu spinta ’l quddiem permezz ta’ aċċelleraturi ta’ klassi dinjija.
Estensjoni ta’ skemi ta’ benefiċċji eżistenti: Ħa tiġi estiża r-riduzzjoni tad-dazzju fuq trasferimenti intrafamiljari, grants ta’ konsulenza għall-governanza u s-suċċessjoni, vawċers ta’ taħriġ għall-ġenerazzjoni li jmiss, u għajnuna għad-diġitalizzazzjoni u l-finanzjament.
Koperattivi: Bħala proċess ta’ simplifikazzjoni, il-kooperativi huma eżentati mill-obligu li jissottomettu audited accounts għal fini ta’ taxxa kif hemm stipulat fir-regoli ppublikati.
Tħariġ fl-IA: Jekk wieħed jagħmel korsa akkredit fl-IA, se jkun eliġibli għal software tal-IA b’xejn.
Appoġġ għal żieda fil-pagiet: Il-gvern ħa jiffinanzja sa’ 65% ta’ żidiet fil-pagi (massimu ta’ €780 fis-sena) għal sentejn għas-settur privat li għandhom ħaddiema li ilhom impjegati magħhom iżjed minn erba’ snin. Għal Għawdex, dan l-appoġġ ħa jkun sa’ 80% taż-żieda, voldieri Massimu ta’ €960 fis-sena.
Kreditu tat-Taxxa għal min jinvesti: Intrapriżi li jinvestu sabiex jgħollu l-valur miżjud u l-produttivita’ jew jibdew negozju ġdid li jagħmlu dan l-investiment fis-sentejn li ġejjin se jkunu eliġibbli għal kreditu tat-taxxa ta’ 60% tal-valur tal-investiment, imqassam fuq erba’ snin.
Benefiċċju fit-Taxxa għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Intelliġenza Artifiċjali u Diġitalizzazzjoni: Se jiġi aċċellerat ir-write off mit-taxxa fuq sentejn kif ukoll se jingħata benefiċċju fit-taxxa ta’ 175% fuq l-infiq eliġibbli fir-riċerka u l-innovazzjoni.