Baġit 2026 | Tonqos it-taxxa tas-suċċessjoni
Miżuri relatati ma’ housing
More in Politika
Miżuri relatati ma’ housing
Min jiret propjeta se jħallas 3.5% biss fuq l-ewwel €400,000 mill-€200,000 kif kienet qabel, jekk l-eredi jkun jgħix fil-propjeta, ġie mħabbar fil-baġit.
Miżura oħra relata ma’ housing li tolqot numru kbir ta’ nies hija l-iskema tal-First Time Buyers li se tibqa’ hemmhekk. Skema oħra li ħa tiġi mġedda hija dik tal-equity sharing. L-iskema ta’ equity sharing se tkun eliġibli għal nies minn 25 sena ‘il fuq, minflok 30 sena.
Dawn il-miżuri ġew introdotti wara li ċifri tal-NSO din is-sena żvelaw li n-numru ta’ nies li huma sidien ta’ darhom qed nieżel għal 66.45% fl-2024 minn 78.3% fl-2021. Dawn iċ-ċifri wrew ukoll li r-raġuni wara dan in-nuqqas huwa l-ispejjeż li jaffaċjaw dawk li huma sidien ta’ darhom.
Il-Ministru qal ukoll li qed jitkellmu mal-banek sabiex tkun iżjed faċli għal nies b’dħul baxx sabiex jużaw il-loans soċjali biex jixtru darhom filwaqt li qed jitfasslu emendi ġodda biex djar vakanti jiġu riabilitati mis-sidien sabiex jinkrew lill-individwi li jgawdu mill-iskema Nikru biex Nassistu.
Nikru Biex Nassistu: Se jiġu allokati aktar riżorsi għal din l-iskema b’nefqa ta’ aktar minn €12.6 Miljun.
L-iskema tal-ħlas ta’ 10% tad-depożitu fuq il-loan għad-dar: Żieda minn €225,000 għal €250,000 għal dawk li ma jkollomx biżżejjed biex jagħmlu l-konvenju. Is-self jitħallas lura fi żmien 25 sena bl-imgħaxijiet jitħallsu mill-Awtorità tad-Djar.
Lifts f’akkomodazzjonijiet soċjali: €2miljuni oħra għall-installazjonijiet ta’ aktar liftijiet f’akkomodazzjonijiet soċjali.