Baġit 2026 | Klinika għall-obeżita’ fl-isptar Mater Dei

Miżuri relatati ma’ Saħħa 

Se jsir klinika għall-obeżita fl-isptar Mater Dei li se jamalgama s-servizzi kollha relatati mal-obeżita’, joħroġ mill-baġit. “ b’riferiment bla xkiel għal servizzi speċjalizzati, inkluż kura għad-dijabete, kirurġija barjatrika u ċentri tal-obeżita',” qal il-Ministru Clyde Caruana.

Barra minn hekk, il-Ministru ħabbar estensjoni tal-NPICU (Neonatal and Paediatric Intensive Care Unit) wara li żdidet l-inċidenza ta’ tqala multipla wara l-introduzzjoni tal-IVF. Se jkun hemm Investiment ukoll fit-tieni Teatru Ostetriku u se tiġi introdotta wkoll l-faċilta’ ta’ krijopreservazzjoni avvanzata li tikkumplimenta l-espansjoni kontinwa tal-programm tal-IVF.

Se jsiru numri ta’ proġetti infrastrutturali inkluż bini ta’ Ċentru Ġdid għall-Ġbir tad-Demm, Plażma, Pjastrini u Ċelloli Staminali. Dan filwaqt li l-Isptar San Luqa se jsir ‘Health Care Village’ matul is-sena d-dieħla, fejn se jservi ta’ one-stop shop għas-servizz Tal-outpatient. Se jkun hemm ukoll rilokazzjoni tal-isptar Karen Grech lejn faċilita’ temporanja se tgħin ukoll fit-twettiq komplut ta’ dan il-proġett ambizzjuż.

Caruana stqar li se jkun hemm iżjed mediċini ġodda għall-kura tal-kanċer fil-Formularju tal-Gvern. Hu ħabbar ukoll estensjoni tal-Kartuna r-Roża minn 75 sena għal 65 sena kif ukoll persuni minn 65 sena ’l fuq li jkunu qed jirċievu l-Għajnuna Supplimentari, se jiġu intitolati awtomatikament u bla ħlas għall-mediċini preskritti taħt il-Kartuna r-Roża, u dan mingħajr il-ħtieġa li jissodisfaw it-test tal-mezzi.

Huwa qal li n-nies li qed jierċievu €65 fix-xahar għal nies li huma coeliac se titla għal €85.

Rigward il-polikliniċi, Caruana qal li se jiġu estiżi l-ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentri tas-Saħħa f’Ħal Qormi u l-Gżira sabiex joperaw 24 siegħa kuljum, u dak tar-Rabat, Għawdex se jibda jopera sa nofsillejl.

Hub inklussiv: Aġenzija Sapport se tkun qed taħdem fuq l-ewwel Hub inklussiv f’Malta fir-Rabat, bl-għan il dan il-hub joħloq spazzju għall-persuni b’diżabilita’ u għall-komunita’ kollha fejn isiru attivitajiet flimkien.

Ċentru ta’ respite: Se jkun qed jiftaħ ċentru ġdid ta’ respite f’Ħad-Dingli mmirat għaż-żgħażagħ u minuri b’diżabilità. Dawn is-servizzi huma pilastru importanti biex dawk il-familji li qed irabbu wlied b’diżabilità jieħdu l-mistrieħ meħtieġ, waqt li wliedhom ikunu taħt tmexxija professjonali

“Fish Fridays”: Kull nhar ta’ Ġimgħa, studenti se jingħataw ħut sabiex jieklu fl-iskejjel bħala miżura favur l-ikel nutrizzjuż. Flimkien mal-iskema tal-ħaxix u l-frott, kull student se jingħata wkoll ħalib frisk sabiex jiġi żgurat nutrizzjoni bilanċjata u tkabbir b’saħħtu.

Kliniċi għas-saħħa mentali: Se jinfetħhu tliet kliniki għas-servizzi tas-saħħa mentali madwar Malta, inkluż waħda f’Bormla, wieħed fir-reġun ċentrali u l-ieħor tat-tramuntana.

Rifużjoni għat-terapija tad-diżabilita’: Żieda ta’ €250 fis-sena li tammonta għal €1,000 fis-sena. L-eta’ tal-eliġibilta’ għal din l-iskema ħa tiġi estiża għal 23 sena.

Għotja tal-Carers: Żieda ta’ €179 li tammonta għal €5,369 fis-sena

Marsa Sports Complex: Se jinfetaħ Marsa Sports Complex li se jinkludi ċentru tal-weightlifting, squash courts, u netball courts.

More in Politika