Baġit 2026 | Żieda ta' €10 fil-ġimgħa għall-pensjonanti
Miżuri għall-pensjonijiet inkluż riforma fin-numru ta' bolol sabiex wieħed jikkwalifika għall-pensjoni
More in Politika
Miżuri għall-pensjonijiet inkluż riforma fin-numru ta' bolol sabiex wieħed jikkwalifika għall-pensjoni
Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal waqt id-diskors tal-baġit li l-pensjoni ħa tibbenefika minn żieda ta’ €10 fil-ġimgħa, inkluż l-għola il-COLA. Din hija l-11-il żieda konsekuttiva fil-pensjoni.
Minn Jannar 2026, is-sussidji taħt il-programm Home Helper of Your Choice se jogħlew minn €9 għal €10 fis-siegħa, filwaqt li l-iskema Carer at Home se tiżdied b’€500 biex tasal għal €9,000 fis-sena. L-assistenza għal anzjani li għandhom bżonn sodod motorizzati u tagħmir essenzjali ieħor se tkompli tespandi. Il-gvern se jkompli wkoll l-istrateġija l-ġdida dwar id-dimensja, permezz ta’ kampanji ta’ kuxjenza u ċentru għad-dimensja f’Tas-Sliema. Barra minn hekk, se jitħaddem servizz ta’ valutazzjoni olistika għal persuni bid-dijabete, biex tittejjeb il-prevenzjoni u l-iskoperta bikrija ta’ kumplikazzjonijiet, b’għan li jissaħħu l-appoġġ u l-opportunitajiet għall-anzjani biex ikomplu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità.
Żieda fir-rati tal-Bonus tal-Għoli tal-Ħajja: Żieda għall-pensjonanti minħabba li xi wħud isofru minn diskrepanza skont meta rtiraw. Fl-2027, kull pensjonant se jirċievi l-istess rata fissa ta’ €21.53 fil-ġimgħa, irrispettivament mis-sena li fiha rtiraw.
Żieda fil-pensjonijiet tal-miżżewġin li qed jirċievu pensjoni b’rati mnaqsa għaliex il-konjuġi tagħhom qed jirċievu pensjoni: Żieda ta’ bejn €2 u €14 fil-ġimgħa.
Żieda fil-pensjoni komutata tal-pensjonanti tas-servizz li jkollhom pensjoni tas-sigurtà soċjali: Żieda ta’ €200 sabiex din titla’ għal €3,866. Għal dawk il-pensjonanti tas-servizz li jilħqu l-età ta’ 72 sena, l-ammont kollu kkalkulat mill-pensjoni tas-servizz se jiġi injorat.
Żieda fl-għotja li titħallas lil anzjani li jgħixu fi djarhom jew mal-qraba u lil dawk li jħallsu minn buthom biex jgħixu fi djar tal-kura privati: Żieda ta’ €75
Żieda fil-Pensjoni tar-Romol: Żieda ta’ €3.50 fil-ġimgħa
Żieda fil-Għotja tal-Anzjani: L-Għotja tal-Anzjani (Senior Citizen Grant) hija għotja ta’ €350 li tingħata kull sena għal dawk l-anzjani li għandhom bejn il-75 sena u d-79 sena u għotja ta’ €450 għal dawk l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 80 sena. Għal dawk ta’ bejn il-75 u d-79 sena, l-għotja ħa titla għal €425, filwaqt li l-għotja għal dawk ta’ ‘l fuq minn 80 sena ħa titla għal €525 kull sena.
L-anzjani fil-komunita’: Żieda ta’ €75 oħra
Bonus għal min ma jikkwalifikax għal-Pensjoni: Żieda ta’ €50 fl-għotja li tammonta għal €1050 fis-sena.
Għotja għal carers tal-anzjani: Żieda ta’ 500 li tammonta għal €9,000 fis-sena għal dawk li jimpjegaw carer għal qarrieb anzjan tagħhom.
Għotja tal-Carers: Żieda ta’ €179 li tammonta għal €5,369 fis-sena