Baġit 2026 | Iż-żieda tal-COLA hija €4.66 fil-ġimgħa għal-2026
Miżuri relatata mal-ħaddiema
More in Politika
Miżuri relatata mal-ħaddiema
Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li ż-żieda tal-COLA għas-sena d-dieħla se tkun €4.66, voldieri €18.64 fix-xahar bla taxxa.
L-Aġġustament għall-Għoli tal-Ħajja (COLA) hija l-aġġustament fil-pagi u fil-benefiċji soċjali li tirrifleti r-rata tal-inflazzjoni f’dik is-sena. Dan huwa l-inqas ammont tal-COLA li ngħata fl-aħħar snin, meta fl-2025 il-COLA kienet €5.24, €12.81 fl-2024 u €9.90 fl-2023.
L-ammont tal-COLA hija bbażatha fuq figuri li joħorġu mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li juri l-prezz medju ta’ basket tax-xirja b’affarijiet neċessarji, numru li joħroġ kull xahar. Dan in-numru jintuża sabiex jikkalkula t-tibdil fil-għoli tal-ħajja.
Appoġġ għal żieda fil-pagiet: Il-gvern ħa jiffinanzja sa’ 65% ta’ żidiet fil-pagi (massimu ta’ €780 fis-sena) għal sentejn għas-settur privat li għandhom ħaddiema li ilhom impjegati magħhom iżjed minn erba’ snin. Għal Għawdex, dan l-appoġġ ħa jkun sa’ 80% taż-żieda, voldieri Massimu ta’ €960 fis-sena.
Tħariġ fl-IA: Jekk wieħed jagħmel korsa akkredit fl-IA, se jkun eliġibli għal software tal-IA b’xejn.
Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali: Se jiġi introdott “Neonatal and Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) Leave” għal ġenituri li jkollhom it-trabbi fl-NPICU
Get Qualified u Higher Educational Qualifications: Dawn l-iskemi se jerġu jiġi estiżi.