Il-Baġit bit-tema ta' ‘Ekonomija b’Saħħitha, Futur għal Uliedna’ mistenni li jkollu numru ta' miżuri mmirati lejn il-familja u t-tfal. Dan il-Baġit ħa jiġi preżentat fi sfond ta' diskussjonijiet rigward il-kriżi tar-rata ta' fertilita' baxxa kif ukoll il-propostaminn naħħa tal-PN għal Four Day Work Week li qajmet diskussjoni rigward il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali.
Minn naħa l-oħra l-baġit qed isir fil-isfond tal-possibilita ta' elezzjoni bikrija.
Caruana diġa' qal li l-COLA se tkun "inqas minn €5", inqas mil-COLA tas-sena l-oħra ta' €5.24 u ferm inqas minn tal-2024 li kienet €12.81. Mistennija wkoll miżuri oħra jolqtu l-pensjonanti u dawk il-faxxex l-iktar fil-bżonn.