Occupy Justice tikkundana l-kummenti ta' Abela rigward Nevile Gafà
L-għaqda Occupy Justice takkuża lill-Prim Ministru li qed "jiddefendi lil dak li ma jistax jiġi ġġustifikat"

More in Politika
L-għaqda Occupy Justice takkuża lill-Prim Ministru li qed "jiddefendi lil dak li ma jistax jiġi ġġustifikat"
Il-grupp attivist Occupy Justice ikkritika lill-Prim Ministru Robert Abela li qed jiddeffendi l-aġir ta' Neville Gafà, li aktar kmieni din il-ġimgħa neħħa l-mafkar ta' Daphne Caruana Galizia minn quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.
F'stqarrija rrabjata, il-grupp qal li ma jistax jemmen li l-prim ministru ħafer l-azzjonijiet ta' Gafà minħabba "id-dritt tal-espressjoni", bl-argument li dan l-aġir qed j"ammontta għal mibgħeda lejn il-memorja ta' ġurnalsita li ġiet assassinata".
“Għandna tassew infakkru lill-kap tal-gvern tagħna li l-libertà tal-espressjoni mhijiex libertà assoluta biex tgħid x’tixtieq, u li hija limitata bi-liġijiet u regolamenti li jipproteġu, fost affarijiet oħra, id-drittijiet ta’ ħaddieħor?” kien jgħid l-istqarrija.
Occupy Justice akkużat lil Gafà li kien qed jindaħal f’“intimidazzjoni istituzzjonalizzata” mmexxija minn “mibegħda profonda” lejn Caruana Galizia, u insistiet li t-tneħħija tal-oġġetti mis-sit “ma kellhiex x’taqsam mal-preservazzjoni ta’ monument nazzjonali”.
Il-grupp talab lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jirrikonoxxi li l-Monument tal-Assedju l-Kbir iservi bħala sit ta’ protesta, u mhux sempliċement “memorial simboliku”, kif kienu ddeskrivuh rappreżentanti tal-gvern.
Il-kontroversja segwiet il-kummenti ta’ kelliem għall-OPM li, bi tweġiba għall-kritika minn ambaxxati barranin dwar it-tindif tas-sit, qal li “il-libertà tal-espressjoni tapplika għal kulħadd.”
*Occupy Justice* akkużat lill-prim ministru b’ipokresija talli ddefenda l-azzjoni waqt li injorat sentenza tal-qorti ta’ 115-il paġna li tikkonferma d-dritt tal-attivisti li jżommu l-memorial ta’ protesta. “Meta l-ġudikatura toħroġ deċiżjoni li tgħid li huwa d-dritt tal-protestanti li jipprotestaw, hu jagħżel li jinjoraha kompletament,” qal il-grupp.
Fit-tmien anniversarju tal-assassinju ta’ Caruana Galizia, l-attivisti qalu li Abela reġa’ “għażel li jiddefendi dak li ma jistax jiġi difiż minflok jagħti ġieħ lill-memorja tagħha.” Huma akkużawh li falla milli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika tal-2021, minkejja li kien skuża ruħu għar-rwol tal-istat fil-qtil tagħha.
“Robert Abela jippreferi jidher li ma jafx dwar il-bażi tal-jeddijiet fundamentali tal-bniedem milli jagħmel dak li hu tajjeb. Jekk il-mexxej ta’ nazzjon jagħżel injoranza fuq l-integrità, wieħed irid jistaqsi — min verament qed iżomm it-tmun?” qal il-grupp.
Fl-aħħar tal-istqarrija tagħhom, Occupy Justice ikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jkomplu jżommu l-memorial ta’ protesta:
“Aħna, in-nisa ta’ #OccupyJustice, ġejna insultati, imfastidjati, intimidati, mhedda bil-vjolenza u mżeblaħ. U minkejja kollox, baqgħna nippersistu biex inżommu l-protesta tagħna għal dawn it-tmien snin, u m’għandna l-ebda intenzjoni li nieqfu qabel ma ssir il-ġustizzja.”