David Borg, ħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, ħabbar li se jkun qed jikkontesta għall-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, David Borg qal li l-Partit Nazzjonalista kien dak li “nibbet fih l-imħabba lejn il-politika — politika ta’ servizz u politika tan-nies.”
Huwa tenna li, bl-appoġġ tal-membri tal-partit fl-elezzjoni tal-Eżekuttiv, se jkompli jaħdem biex il-Partit Nazzjonalista “jkompli jkun viċin in-nies sabiex ikun l-għażla naturali għan-nies.”
“Il-Partit viċin in-nies,” temm jgħid Borg, bħala messaġġ ċentrali tal-kandidatura tiegħu.
Il-kandidatura ta’ David Borg tiġi ftit wara dik ta’ Cynthia Galea, s-sieħba ta' Adrian Delia, li wkoll ħabbret l-intenzjoni tagħha li tikkontesta għall-istess elezzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.