Bil-Filmat | Rabja timla t-toroq tal-Belt waqt protesta kontra riformi fil-liġi tal-ippjanar

Hemm stennija kbira għall-protesta li ser issir illum il-Belt organnizzata minn numru ta' għaqdiet ambjentali, hekk kif il-gvern biħsiebu jintroduċi riformi fil-liġi tal-ippjanar

Il-follol li nġemmgħu għal din il-protesta (Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)
Il-follol li nġemmgħu għal din il-protesta (Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)

Illum filgħodu, il-Belt Valletta se ssir il-palk ta’ protesta nazzjonali kontra l-abbozzi ta’ liġi tal-Gvern dwar l-ippjanar, li skont gruppi ambjentali u attivisti jheddu s-saltna tad-dritt f’Malta. Il-manifestazzjoni “Ġustizzja għal Artna – Irtirawhom Issa! / Kill the Bills!” se tibda fl-10:00 a.m. quddiem il-Qorti u tkompli lejn il-Berġa ta’ Kastilja.

Skont il-liġijiet il-ġodda, magħrufa bħala Bill 143 u Bill 144, il-Qrati ma jibqgħux jistgħu jħassru permessi ta’ żvilupp anke jekk dawn jinstabu illegali.

(Ritratt: Jaelle Borg/MaltaToday)
(Ritratt: Jaelle Borg/MaltaToday)

Id-deċiżjonijiet tal-Tribunal tal-Ippjanar se jkunu finali u ma jistgħux jiġu riveduti fuq il-mertu mill-Qorti. Il-Qorti tkun tista’ biss tikkonferma jew tannulla d-deċiżjoni tat-Tribunal fuq bażi ta’ korrettezza legali, iżda mhux fuq il-fatti tal-każ.

(Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)
(Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)

Il-protesta ta’ llum hija maħsuba biex tgħaddi messaġġ ċar lill-Gvern: li l-pajjiż irid ippjanar ġust u trasparenti, mhux liġijiet li jsaħħu l-poter ta’ min għandu l-influwenza ekonomika. “Dan huwa mument kritiku għal Malta,” qal wieħed mill-organizzaturi, “jekk dawn il-liġijiet jgħaddu, il-ġustizzja fil-bini u fl-ambjent tispiċċa biss fuq il-karta.”

More in Politika