L-ADPD ippubblika stqarrija l-Ħamis filgħodu fejn ikkritika l-abbozz ta' liġi li ppreżenta d-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott rigward introduzzjon ta' drittijiet ambjentali fil-kostituzzjoni.
Huma rrikonoxxu li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba għall-ambjent imma issa huwa tard wisq sabiex il-PN ibiddel id-diska tiegħu fuq l-ambjent wara li "kien strumentali sabiex ħejja l-pedamenti għall-ħsara ambjentali konsiderevoli li qed ngħixu fiha llum." Il-partit ma naqqasx milli jippunta swaba wkoll lejn il-PL fejn qal li l-partit fil-gvern kompla l-legat tal-PN b'entużjażmu għal aktar ħsara.
"Iktar milli nintroduċu artikli ġodda fil-Kostituzzjoni, l-isforz kellu jkun biex jissaħħaħ l-artiklu 9 tal-Kostituzzjoni li diġà
jeżisti u jistabilixxi l-obbligi ambjentali tal-istat Malti. Dan flimkien ma’ miżuri biex ikun assigurat li dan ikun jista’ jiġi
effettivament implimentat," qal id-Deputat Chariperson tal-ADPD, Carmel Cacopardo.
Hu qal li din hi waħda mill-proposti li l-ADPD ippreżenta lill-Konvenzjoni Kostituzzjonali, li repetutament ġiet ippreżentata wkoll fil-manifest elettorali elezzjoni wara l-oħra. Il-partit għalaq l-istqarrija b'botta fejn qal li jixtieq li d-dibattitu fuq dan l-abozz ikun wieħed b'ħidma favur l-ambjent milli għall-konvenjenza jew opportuniżmu politiku