ADPD titlob awditu tal-kontrolli finanzjarji interni tal-MCAST
ADPD qed jitlob reviżjoni sħiħa tas-sistema ta’ amministrazzjoni finanzjarja tal-MCAST
.jpeg)
More in Politika
ADPD qed jitlob reviżjoni sħiħa tas-sistema ta’ amministrazzjoni finanzjarja tal-MCAST
ADPD talbet lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-kontrolli interni tal-infiq fl-istituzzjoni.
“Jidher li fl-MCAST hemm nuqqas ta’ kontrolli interni tal-infieq” qal il-Viċi Chairman tal-ADPD Carmel Cacopardo. “Fid-dawl ta’ dan qiegħed nitolbok biex tinvestiga is-setup tal-amministrazzjoni finanzjarja tal-MCAST u in partikolari dwar x’kontrolli interni hemm jew ma hemmx biex ikun hemm kontabilità effettiva tal-użu ta’ fondi pubbliċi.”
It-talba saret wara li bdew proċeduri kriminali kontra impjegata tal-MCAST akkużata b’frodi u approprjazzjoni indebita ta’ €2.3 miljun fondi pubbliċi.
L-eks Kunsilliera Nazzjonalista fis-Siġġiewi, Francine Farrugia, li kienet taħdem bħala maniġer fid-dipartiment tal-pagi tal-MCAST, tressqet il-Qorti nhar l-Erbgħa akkużata b’frodi, ħasil ta’ flus, approprjazzjoni indebita u użu ħażin ta’ kompjuter.
Skont ix-xhieda tal-pulizija, Farrugia abbużat mill-aċċess tagħha għas-sistema interna tal-pagi tal-MCAST biex tagħti lilha nnifisha ħlasijiet doppji b’mod illegali fuq perjodu ta’ sentejn bejn l-2023 u l-2025. B’kollox, ġie allegat li ġew trasferiti b’mod frodulenti €2,337,258.80.
L-investigazzjoni nibtet minn azzjoni tal-pulizija wara li rċevew informazzjoni b’mod indipendenti, u qajmet tħassib dwar l-adegwatezza tal-monitoraġġ finanzjarju fl-istituzzjoni.
Il-ittra ta’ Cacopardo lill-Awditur Ġenerali tenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu eżaminati s-sistemi tal-kontroll intern tal-MCAST, u enfasizzat li tali investigazzjoni hija essenzjali biex il-fondi pubbliċi jiġu amministrati b’mod trasparenti u responsabbli.