Għaqdiet jitolbu għal riforma fis-sistema tal-appelli fil-qasam tal-ippjanar
Numru għaqdiet jakkużaw l-Awtorità tal-Ippjanar li qed tinjora d-deċiżjonijiet tal-qrati

More in Politika
Numru għaqdiet jakkużaw l-Awtorità tal-Ippjanar li qed tinjora d-deċiżjonijiet tal-qrati
Koalizzjoni t' għaqdiet ambjentali u kulturali qed jitlobu għal riforma fis-sistema tal-appelli fil-qasam tal-ippjanar f’Malta, u qed jiddiskrivu s-sistema kurrenti bħala “assurda” talli tippermetti li jsir u jitlesta xogħol ta’ kostruzzjoni waqt li appelli jkunugħadhom pendenti.
Il-liġi, li l-Prim Ministru Robert Abela wiegħed li se jirriforma aktar minn sentejn ilu, għadha ma nbidlitx. Anke l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, kien wiegħed li se jkun hemm riformi fi żmien tliet xhur, iżda dak il-perjodu ilu li spiċċa u xorta ma sar xejn.
Is-sistema attwali tagħti setgħa lit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) li tirrifjuta talbiet biex jitwaqqfu xogħlijiet waqt l-appell, u dan jippermetti lill-iżviluppaturi jlestu bini sħiħ qabel ma l-qorti tieħu deċiżjoni.
"Is-saltna tad-dritt f’pajjiżna qed tiġi sostitwita mis-saltna tal-iżviluppaturi," qalu l-organizzazzjonijiet f’dikjarazzjoni konġunta, u semmew każijiet f’Għajnsielem u Sannat fejn proġetti massivi ġew iddikjarati illegali wara li kienu nbenew.
F’Għawdex, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkunsidra li tissanzjona binja fix-Xewkija li kienet iddikjarata illegali mill-Qorti tal-Appell fl-2023. L-iżviluppatur, magħruf bħala “il-Ġiegu”, ippreżenta tliet applikazzjonijiet separati biex jipprova jilegalizza l-istruttura. Deċiżjoni fuq dawn l-applikazzjonijiet mistennija li jitieħdu bejn l-aħħar ta’ Ġunju u l-bidu ta’ Lulju.
L-għaqdiet ikkundannaw it-twiġieba tal-Awtorità għall-ġudizzji tal-qorti, u akkużawha mhux biss li naqset milli timponi ordnijiet ta’ twaqqiegħ, iżda li saħansitra reġgħet ħarġet permessi li kienu ġew invalidati mill-qrati.
Huma wrew ukoll tħassib li l-emendi leġiżlattivi li ġejjin jistgħu jġiegħlu l-proċess tal-appelli jimxi bil-għaġla, speċjalment f’każijiet kumplessi li jinvolvu Environmental Impact Assessments (EIAs).
Id-dikjarazzjoni kienet appoġġjata minn 12-il organizzazzjoni, fosthom Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Friends of the Earth Malta, Nature Trust Malta, u r-Ramblers Association.