Delia jitkellem fuq Facebook ftit qabel id-dikjarazzjoni ta’ Metsola

Adrian Delia jgħid li t-tmexxija tal-partit ma jsirx b’ftehim bejn il-ftit

L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiteb messaġġ kriptiku ftit qabel Roberta Metsola ħabbret li mhux ħa tikkontesta għall-post tal-Kap tal-PN.

Roberta Metsola ħabret is-Sibt filgħodu li mhux ħa tikkontesta għall-kariga tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista minħabba l-impenji tagħha fil-Parlament Ewropew.

Ftit qabel permezz ta’ facebook, Adrian Delia qal: “Id-deċiżjoni li tmexxi Partit glorjuż bħal tagħna ma tittiħidx b'negozjar u ftehim bejn il-ftit.”

Delia qal hekk b’referenza ċara għal dak li l-gazzetta oħt l-ILLUM, il-MaltaToday, irreferiet għalih bħala l-‘Plan B’ ta’ Metsola. Delia kien innega li kien hemm xi Plan B, imma diversi deputati qalu din il-gazzetta li dan il-pjan kien propost lilhom minn Robert Metsola stess.

Imma minkejja d-dikjarazzjoni solenni ta’ Delia, Delia jaf li ma għandux l-appoġġ tal-maġġoranza tad-deputati Nazzjonalisti u wisq aktar t-tesserati.  U ftit huma dawk li jemmnu li jista jkun ta’ theddida politiku għal Robert Abela.

More in Politika