Neville Cassar, membru tal-uffiċju elettorali tal-Partit Nazzjonalista, qasam il-ħsiebijiet tiegħu fuq it-tmexxija fjakka ta ’ Bernard Grech fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, fejn Assistent lokali ta’ Roberta Metsola, esprima solidarjeta’ ma’ dak li qal.
Cassar wissa u qal li l-partit miexi lejn rebħa kbira għall-Partit Laburista, u dan kollu tort tal-Kap tal-Oppożizzjoni li skontu mhuwiex “fit for purpose”.
Hu kompla, fejn qal li l-partit għandha ħafna deputati b’proposti validi li qed ibgħatu minħabba kap għazzien li ma jittrażmettix tama u enerġija lill-esponenti tal-partit.
Cassar jagħmel referenza għal dak li qal Bernard Grech fuq Manoel Island meta biddel fhemtu, kif ukoll għar-ritratt “tal-mistħija” waqt il-funeral tal-Papa.
Kien hemm numru sostenzjali ta’ nies li qablu miegħu, fosthom kien hemm l-assistent lokali tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, Chris Falzon li għamel like fuq dak li qal Cassar mill-paġna personali tiegħu.
Dan l-għaġir jikkontrasta dak ta’ Roberta Metsola li f’Mejju tkellmet mal-midja lokali u qalet li hi tappoġġja lil Bernard Grech bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista wara ħafna għajdut li kien ħa jirriżenja.